Infrastruttura
ARA: Jgħid li l-avviż legali fuq l-iskavar jista’ jerġa’ jinbidel

L-avviż legali li jitratta x-xogħol fil-kostruzzjoni jista’ jerġa’ jinbidel fejn jinħass il-bżonn. Dan iddikjarah l-Avukat u l-Perit Robert Musumeci, li kien wieħed mill-imħuħ fit-tfassil ta’ din il-liġi.

Waqt il-programm Insights, Dr Musumeci kien qed jiddiskuti din il-materja mal-Perit Christopher Mintoff, li esprima nuqqas ta’ qbil ma’ din il-liġi, u fuq il-midja soċjali qal li kieku kienet karta tal-eżami, kien jimmarkaha bħala ‘F’.

Wara li fuq il-programm il-Perit Mintoff esprima nuqqas ta’ qbil ma’ xi aspetti kif deskritti fl-avviż legali, il-Perit Musumeci qal li jekk hemm xi ħaġa żejda jew ta’ toqol, m’għandux problema li titneħħa.

Insights jixxandar il-Ħadd fil-10.45pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar