Turiżmu
ARA: Jibda jinġibed il-film Indjan ‘Bharat’ fl-Imdina

Bharat hu l-isem ta’ produzzjoni ta’ Bollywood li bħalissa qed tinġeb f’Malta., Il-ġbid tal-film li se jdum għaddej madwar 15-il ġurnata, qed isir f’postijiet differenti, fosthom fl-Imdina.

Il-Ħadd filgħodu, il-Pjazza tal-Katidral tal-Imdina sebħet b’imwejjed, siġġijiet u ġabbani. Il-bini nbidel fi ħwienet tax-xorb, b’tabelli fuq kull bieb li flimkien mal-vetturi antiki u l-ilbies ikkulurit, jieħduk lura fiż-żmien.

Il-pjazza ewlenija tal-Imdina kienet waħda mill-postijiet magħżula biex tinġibed produzzjoni Indjana ta’ Bollywood.

Il-producer tal-film Bahrat, Atul Agnihotri qal li Malta hi parti mill-istorja tal-film.

“In this section of the story he works in the merchant navy, he travels to Malta often, and the story develops that one of the characters meets a Maltese girl, falls in love, gets married. So we have been able to have a whole synergy not only in location but also culturally” qal Atul Agnihotri.

Fost l-atturi ewlenin li qed jieħdu sehem f’din il-produzzjoni hemm Salman Khan, Katrina Kaif u Disha Patani. Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li bil-produzzjonijiet ta’ films minn Bollywood f’Malta, issir ukoll pubbliċità turistika fis-suq Indjan.

“Din hi t-tieni major production Indjana f’Malta b’investiment ta’ kwazi 5 miljun ewro f’Malta. Ħaġa sabiħa mill-production hi li t-tema tal-film hi dwar Malta. Il-poplu Indjan se jsir jaf aktar dwar Malta. Actors mill-aqwa, mal-200 Malti jaħdmu f’dal film u mal-1,200 extra” qal il-Ministru Konrad Mizzi.

Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal li apparti l-Imdina, il-produzzjoni se tkun qed tuża postijiet fil-Belt, il-Birgu u Boilers Wharf fl-Isla. Żied li bħalissa jinsabu f’diskussjonijiet ma’ diversi producers interessati li jibbażaw il-produzzjonijiet tagħhom f’Malta.

“L-interess hu tajjeb ħafna fejn qed nirreġistraw minn pajjiżi differenti, l-Awstralja, Hollywood, l-Ewropa nfisha, iċ-Ċina. Malta għandha ħafna x’toffri, skill base tajjeb, kapaċi jinġibdu 3 films at the same time” qal Johann Grech.

Bharat hi it-tieni produzzjoni minn Bollywood li qed tinġibed Malta din is-sena. Il-film mistenni joħroġ bħal daż-żmien sena.

Ara wkoll:

ARA: L-attur biljunarju Indjan idawwar lil ommu ma’ Malta

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u…

Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Aktar