Lokali
ARA: Jibda jitneħħa s-saqaf tal-kamra fejn splodiet il-bomba
Dalgħodu beda jitneħħa s-saqaf ta’ kamra fejn ilbieraħ splodiet bomba f’Ħal Għargħur.
Ilbieraħ għall-ħabta tat-3pm seħħet splużjoni fi Triq l-Isqof Gargallo f’Ħal-Għargħur. Sorsi qrib l-investigazzjoni tal-Pulizija qalu li f’dan l-istadju l-każ qed ikun trattat bħala wieħed fejn bomba tpoġġiet mal-kamra. L-istess sorsi qalu li jidher li l-bomba ħadet malli r-raġel, Kevin Ellul fetaħ il-bieb. Bl-isplużjoni, is-saqaf tax-xorok intrefa’ u l-ħajt ta’ wara tal-kamra nqaleb. Il-bieb tqatta’ biċċiet li spiċċaw taru b’qawwa diversi metri.

Ir-raġel inħareġ minn taħt it-tifrik bl-għajnuna ta’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Intant dalgħodu fuq il-post hemm numru kbir ta’ Pulizija mit-taqsima tal-forensika biex wara li jitneħħa s-saqaf ikunu jistgħu jidħlu fil-post.

Ara wkoll:

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) qal li fl-ewwel għodwa tal-insib diġà sabu żewġ każijiet ta’ abbuż. Fi stqarrija, il-CABS qal li membri tiegħu ġibdu l-attenzjoni tal-Pulizija li fl-Imtaħleb kien hemm…

Budget

Għada se jitħabbar it-tieni budget ta’ din il-leġislatura mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Filmat imxerred fuq il-mezzi soċjali ġie spjegat l-għan tal-Budget, li jgħolli l-kwalità tas-servizzi li joffri l-Gvern fosthom dawk tas-saħħa…

Ikel

Ħafna jiħduh bħala duwa meta jkollhom uġigħ fi griżmejhom jew għal taqlib fl-istonku, oħrajn iżiduh mal-kafè jew mat-te. Qed nirreferu għall-ġulepp tal-ħarrub li jissajjar bħal daż-żmien, hekk kif tibda toqrob…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum The Sunday Times Fuq il-faċċata storja b’ritratt li tgħid li bini tal-Gvern fi Xrobb l-Għaġin li qabel kien jintuża mill-ex Prim Ministru Dom Mintoff…

Aktar