Saħħa
ARA: Jibda x-xogħol fil-kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro.

F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer ewlieni ta’ dan il-kumpless. Se jsir ukoll restawr tal-kapella San Bartolomew kif ukoll units ta’ trasport u occupational therapy ġodda.

F’dan il-kumpless se jiżdiedu l-ispazji fejn l-anzjani jkunu jistgħu jgawdu l-ambjent naturali, se jiżdied l-ispazju għall-parkeġġ u anki ġibjun tal-ilma kbir. B’investiment totali ta’ madwar 15-il miljun ewro, il-kumpless Rużar Briffa se jżid b’125 is-sodod fir-residenza San Vinċenz De Paul.

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabbilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis qal li l-għan wara dan l-investiment hu biex l-anzjani jkollhom kwalità ta’ ħajja għolja u ħajja b’dinjità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Faċilità tal-Kura fit-Tul San Vinċenz De Paul, Dr Josianne Cutajar qalet li l-proġett mistenni jieħu madwar sentejn biex jitlesta. Qalet li s-swali se jiġu attrezzati b’sistemi u apparat modern biex tkun tista’ tingħata kura lill-anzjani ta’ dipendenza għolja.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Ministeru għamel konsultazzjoni pubblika fuq l-uniformi tal-iskola mal-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri, l-għażla tal-maġġoranza fost kull grupp kienet favur li l-uniformi tkun tracksuit komda u ta’ kwalità, inklużi poloshirt,…

Lokali

Pierre Portelli dar għall-mezzi soċjali u kiteb li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina akkumpanja lil Manuel Delia l-Qorti fil-każ li għandu kontra l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Dalgħodu fil-qorti kompliet il-kawża li…

Infrastruttura

Il-Kamra tal-Periti f’reazzjoni inizjali għal proposti għar-regoli l-ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar qalet li dawn mhumiex aċċettabbli u infurmat lil Periti bil-pożizzjoni tagħha biex tittieħed deċiżjoni dwarhom f’laqgħa ġenerali straordinarja…

Saħħa

Fl-isptar Monte Karmeli, ġiet inawgurata l-ewwel sala li ġiet irranġata bħala parti mill-pjan ta’ ħames snin biex is-swali kollha tal-isptar jiġu rinovati. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne,…

Aktar