Ambjent
ARA: Jibdew jitħawlu s-siġar taż-żnuber fit-Telgħa tas-Saqqajja

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil.

Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija tas-siġar il-mejta, kif ukoll il-wasla ta’ għadd ta’ siġar żgħar taż-żnuber li bdew jitħawlu mill-ewwel fil-post.

It-tneħħija ta’ siġar għal proġetti infrastrutturali ħolqot kontroversja fl-aħħar ġimgħat. Infrastructur Malta dalgħodu qalet li, minbarra s-siġar taż-Żnuber fit-Telgħa tas-Saqqajja, se jitħawlu wkoll 539 siġra indiġena oħra fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali bħala parti mill-proġett tas-Central Link.

Ara wkoll:

Jitneħħew siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex jitħawlu siġar ġodda

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar