Televiżjoni u Radju
Ara: Dalgħodu ma felħux ikomplu bil-programm

Dalgħodu Quinton, Clara, Chris u Melvic bdew il-ġurnata bid-daqquqa u ħafna staqsew x’ġaralhom? Għal ftit minuti, b’daħk bla waqfien ma felħux ikomplu jippreżentaw hekk kif spiċċaw b’mistieden bla ħsieb.

Waqt il-programm, ta’ kull filgħodu, nitpaxxew bix-xena sabiħa tal-Port il-Kbir mit-tieqa fittizja li hemm fuq is-sett tal-programm. U, dalgħodu, bla mistenni ħaddiem b’barmil f’idu qisu xejn mhu xejn tela’ frisk daqs ħassa mal-faċċata li kien qed jirrestawra, mingħajr ma ntebaħ li kien qed jarawh l-eluf li ta’ kull filgħodu jqumu jsegwu ‘TVAM’.

Il bello della diretta jgħidu bit-Taljan!

Il-preżentaturi ippruvaw jissoktaw bil-programm, iżda ftit li xejn felħu jkomplu.

Bħal kull filgħodu, ‘TVAM’ joffri doża t’aħbarijiet, jistieden għadd ta’ nies bil-għan li jwassal pariri siewja lit-telespettaturi, informazzjoni kurrenti u fl-istess ħin iżomm kumpanija lil għexieren ta’ telespettaturi fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fil-Kanada, raġel sar eroj f’belt twelidu, l-Alberta wara li sab soluzzjoni f’waqtha u salva tlitt ifrieħ ta’ qtates minn ħalq il-mewt. Il-qtates ġew abbandunati barra fis-silġ u kawża t’hekk kienu…

Televiżjoni u Radju

Illum, waqt ‘Sibtek’, daħk u emozzjonijiet mill-bidu sal-aħħar. Fost il-mistiedna, għadd ta’ kokijiet lokali magħrufa, fosthom Manuel Aquilina u r-raġel tiegħu Steve, Neil Darmanin, u Aaron Degabriele. Liema chefs, mistennija jisfidaw…

Ikel

Żaqqu jħobbha kulħadd, u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. Jekk titla’ s’Għawdex u tiffjakka, aktarx li terħilha s’għand il-Maxokk. Liema forn, ħafna drabi jkun mifqugħ sa ruħ ommu bin-nies, hekk…

Toroq

Kultant, frott il-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, xi ftit tat-traskuraġni ma tonqosx. Fost l-oħrajn, jaf tieqaf qadja x’imkien, titfa’ mal-ġenb kif ġie ġie u jaf tiġik iz-zalza ogħla mill-ħuta hekk…

Aktar