Barranin
Ara: Jibnu blokka appartamenti t’10 sulari f’ġurnata fiċ-Ċina

Kumpanija tal-kostruzzjoni Ċiniża lestiet blokka appartamenti m’għola 10 sulari fi 28 siegħa u 45 minuta.

Filmat li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali juri kif il-ħaddiema, b’ħeffa u b’koordinazzjoni liema bħalhom irnexxielhom ilestu l-blokka minn kollox f’inqas minn jumejn.

Il-binja ttellgħet fil-belt ta’ Changsha, li hija l-kapitali tal-provinċja ta’ Hunan.