Kultura
ARA: Jiddandnu b’wirt klassiku u industrijali fl-Imdina

Il-belt Medjevali serviet ta’ sfond mill-isbaħ għat-tlielaq bejn għadd ta’ karozzi klassiċi li ħadu sehem fl-avveniment annwali: Imdina Grand Prix . . . u l-foss serva ta’ vetrina ta’ karozzi bis-sidien tagħhom jiddandnu b’dan il-wirt klassiku u industrijali.

Vincent Tourneur ilu għal dawn l-aħħar 40 sena f’siġġu tar-roti konsegwenza ta’ inċident. Qal li wara li qatta’ sentejn f’qiegħ ta’ sodda fi sptar fi Franza, għamel kuraġġ u daħal fid-dinja tal-motor sport li tant iħobb.

”I just give a message to anybody who had a great failure, if you have a good meaning and a good staff around you, you can break a lot of limits. Could you imagine, from a bed in a hospital to be in any major international race event. It’s possible, I did it.”

Is-sewwieq hu ċertifikat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi, l-FIA. Fi tmiem din il-ġimgħa tellaq fl-Imdina Grand Prix b’karozza tad-ditta Franċiża DELAHAYE manifatturata fit-tletinijiet.

Is-Sur Tourneur kien fost madwar 60 parteċipant li tellqu karozzi klassiċi madwar parti mill-wied bejn l-Imdina u l-Imtarfa.

Għat-tabib Mark Sant, din kienet l-ewwel esperjenza. Tellaq b’karozza LANCIA BETA MONTECARLO li ġiet manifatturata fl-1975.

”Dawn huma karozzi li għandhom storja, huma karozzi li l-valur tagħhom jiżdied. Huma karozzi b’karattru u għalina d-dilettanti inqisuhom daqs xi ħaġa ħajja. Għalina li jkollna opportunità tiġi hawn bil-karozza, tħossok ħaġa waħda magħha u ssuq hemm isfel esperjenza meraviljuża.”

It-tlielaq attiraw diversi dilettanti tal-karozzi li nġabru madwar il-korsa, l-aktar fiż-żona magħrufa bħala t-Tomba ħdejn id-Domus Rumana, biex isegwu minn post vantaġġjuż.

Fil-foss tal-Imdina, il-karozzi kienu skjerati waħda ħdejn l-oħra, b’ċans tajjeb lill-pubbliku jiflihom sakemm is-sewwieqa kienu qed jistennew it-tellieqa tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Sas-sajf li ġej mistennija jkunu lesti għall-użu taċ-ċiklisti u l-pubbliku, żewġ pontijiet pedonali li qed isiru bħalissa għal żewġ toroq ewlenin fi Blata l-Bajda u qrib l-ajruport f’Ħal Luqa.Il-pontijiet qed…

Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif se jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’metodu li fi kliemu hu aktar trasparenti mis-sistema ta’ bħalissa fejn il-ħatra ssir direttament mill-Prim Ministru. Dr Abela qal…

Aktar