Barranin
Ara: Jiddiżinja għadd ta’ posters kontra l-vjolenza domestika

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu stess kontra l-vjolenza domestika fit-toroq ta’ Milan. Ara wħud minnhom fil-post t’hawn taħt:

View this post on Instagram

"Just because I'm a woman" by aleXsandro Palombo – International Day for the Elimination of Violence against Women – Women protagonists of world politics as victims of gender violence – Chancellor Angela Merkel, Alexandria Ocasio-Cortez, Hillary Clinton, Michelle Obama, Brigitte Macron, Aung San Suu Kyi and Sonia Gandhi. – "Just because I'm a woman" I'm a victim of domestic violence – I get paid less – I’ve experienced genital mutilation – I do not have the right to dress as I want – I can't decide who I’m going to marry – I was raped … Violence against women is a global issue that affects everyone, regardless of race, class or religion. – – – – – – – – – – – – – – – – – – #DomesticAbuse #DomesticViolence #violenceagainstwomen #violenciacontramulher #violence #violenzasulledonne #violenciadomestica #violenciadegenero #violenceconjugale #domesticviolencesurvivor #noustoutes #domesticviolenceawareness #WomenPower #Women #HumanRights #genderequality #Womenrights #WomanPower #michelleobama #hillaryclinton #angelamerkel #brigittemacron #violencesfaitesauxfemmes #Campaign #rapevictim #Feminism #Feminist #feminicidio #feminicidios #feminicide

A post shared by aleXsandro Palombo (@alexsandropalombo) on

Sfond skur, tipa mdaqqsa u li tiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun, kliem mill-anqas. Sempliċi għall-aħħar, iżda b’messaġġ b’saħħtu, ċar u tond, u li jolqotna lkoll fil-laħam il-ħaj. Jiddominaw, għadd ta’ wċuħ sfrakassati ta’ nisa popolari, fosthom l-eks First Lady Amerikana Michelle Obama, u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.

Liema posters, saru bil-għan li l-awtoritajiet iqumu aktar fuq tagħhom u jindirizzaw aħjar il-vjolenza domestika, hekk kif, b’xorti ħażina, dawn iċ-ċirkostanzi għadhom jeżistu bejn l-erba’ ħitan ta’ wħud.

Bit-tama li l-messaġġ tiegħu ma jaqax fuq widnejn torox, is-Sur Palombo qal li xogħlu maħsub biex iħeġġeġ lin-nisa jagħrfu aktar id-drittijiet tagħhom, joħorġu aktar minn qoxorthom, u biex, fejn hemm bżonn, ma jibżgħux jitkellmu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, il-coronavirus kompla jinfirex fl-Italja, b’żewġ każijiet ġodda jfeġġu f’Palermo u f’Firenze. Dan ifisser li issa feġġ l-ewwel każ anke fi Sqallija. Skont l-istess ġurnal jidher…

Barranin

Filmat bid-drone juri mijiet ta’ persuni fi kju twil mijiet ta’ metri, bil-għan li jixtru maskra biex jgħattu biha mneħirhom u ħalqhom f’Daegu. Is-supermarket partikolari, li jinsab fid-distrett ta’ Chilseong…

Barranin

Harvey Weinstein ittieħed l-Isptar ta’ Bellevue f’Manhattan ilbieraħ, wara li lmenta li kien qed ibati minn uġigħ f’sidru. Hu kien sejjer fi triqtu għall-ħabs f’Rikers Island, iżda minflok ittieħed l-isptar….

Barranin

Fl-istat ta’ Ceara fil-Brażil inqatlu 147 persuna, hekk kif għal dawn l-aħħar ħames t’ijiem il-Pulizija tal-lokal jinsabu fuq strajk. Ir-rata ta’ kemm qed jinqatlu persuni hija ħames darbiet ogħla mis-soltu,…

Aktar