Lokali
Ara: “Jidħku kemm iridu, l-aqwa li komda!” – Mostija ta’ 60 li taqdef bir-rota biex tnaqqas il-karozzi fit-toroq

Carmen Balzan ma ssuqx u għaldaqstant ir-rota ssibha komda immens biex tmur minn post għal ieħor. Minkejja li waslet biex tagħlaq 60 sena, Carmen teħles bosta mill-qadi li jkollha permezz tar-rota. Mezz tat-trasport, li tgħożżu daqs il-mimmi t’għajnejha.

F’kummenti ma’ ‘Popolin’, Carmen qalet li ilha li nvestiet f’rota madwar 10 snin. Spjegat, li minkejja li meta ġabitha bosta kienu jgħaddu ż-żmien biha huma u jarawha tterraq fit-toroq tal-Mosta, baqgħet tużaha xorta waħda għax fi kliemha r-rota komda, taqdiha u tibżà għall-ambjent. Żiedet, li bir-rota m’għandhiex inkwiet għall-parkeġġ għax tista’ tipparkjaha f’radda ta’ salib.

Lir-rota, Carmen żiditilha mutur biex meta tkun mgħobbija bix-xiri u tgħejja taqdef jagħtiha daqqa t’id speċjalment fit-tlajja’. Meta tiġi bżonn ir-rota, Carmen qalet li tiċċarġjaha daqslikieku qed tiċċarġja mowbajl.

Carmen appellat lin-nisa biex jinvestu f’rota bħalha. Qalet, li dak li jkun m’għandux għalfejn jaqbad il-karozza għal kull ħaġa ta’ xejn.