Kronaka
ARA: Jidħol għaliha b’sikkina u jaħrab bil-flus

Mara li kienet qed taħdem f’ħanut tal-mobiles f’Bormla spiċċat mheddha b’sikkina minn raġel li talabha l-flus mill-cash register.

Il-Pulizija qalet lil TVM li għandha rapport ta’ hold-up li seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-lejla fi triq ix-Xatt ta’ Bormla.

Fil-filmat tal-kamera tas-sigurtà li ttella’ fuq il-midja soċjali, ir-raġel jidher jidħol fil-ħanut u fil-pront jipponta s-sikkina lejn it-tfajla, li tersaq lura maħsuda.

Ir-raġel, li kien liebes nuċċali tax-xemx u beritta, jidher jieħu l-flus mill-cash register, jgħoddhom u jitlaq ‘il barra. It-tfajla tidher tiġri ssakkar il-ħanut warajh u ċċempel għall-għajnuna.

Hija qed tappella biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel jagħmel kuntatt mal-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta eluf ta’ fliexken b’xorb alkoħoliku, li jvarjaw bejn whisky, vodka, gin, bacardi, brandy, rum, xampanja, inbejjed u birer, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Fi stqarrija, id-Dipartiment…

Teknoloġija

Madwar elf delegat minn madwar id-dinja bdew jiltaqgħu f’Malta f’konferenza internazzjonali fil-qasam tal-arti diġitali u l-gaming. Għal dan l-avveniment imsejjaħ ‘Trojan Horse Was a Unicorn’ hawn rappreżentanti ta’ wħud mill-akbar…

Unjoni Ewropea

L-istakeholders ewlenin Ewropej iddiskutew r-rapport tar-rappreżentant Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat dwar kif għandha tintuża fil-prattika l-liġi Ewropea f’konferenza ta’ nofs ta’ nhar li ġiet organizzata mill-istess Qorti fil-bini…

Aktar