Kurżitajiet
ARA: Jidħol u jiżbarazzalu l-garaxx mal-lejl

Stephen Mckears, penzjonant Ingliż ta’ 72 sena kien inkwetat ferm meta beda jinduna li xi ħadd kien qed jidħollu mal-lejl u jiżbarazzalu l-viti, l-iskorfini u bċejjeċ żgħar tal-metall u l-plastik li kellu jiġru fuq bank.

L-anzjan, li jgħix fl-Ingliterra, kien iqum filgħodu u ma jsibx il-bank tal-garaxx kif kien ħallieh il-ġurnata ta’ qabel.

Għalhekk, l-anzjan bl-għajnuna tal-ġar tiegħu, installa camera biex jikxef min kien qed jidħol fil-propjetà tiegħu bla permess.

Bi skantament kbir, l-anzjan u l-ġar mill-filmat tal-camera skoprew li kien propju ġurdien li kien qiegħed jiżbarazza l-affarijiet.

L-anzjan qal li din il-biċċa xogħol ilha għaddejja xahar sħiħ fejn il-ġurdien mal-lejl iġorr l-affarijiet żgħar imxerrda kif ġie ġie fuq il-bank u jpoġġihom puliti f’kontenitur tal-plastik.

Mckears iddeċieda jsemmi l-ġurdien ‘Brexit mouse’ għax skontu, il-ġurdien qiegħed jagħmel il-ħażna tiegħu bil-lest qabel jiġi deċiż x’se jsir mill-Brexit.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar