Barranin
ARA: Jieħu n-nar il-Palazz Irjali Barokk ta’ Berlin

Pumpiera b’Berlin irnexxielhom jikkontrollaw fi ftit ħin nar li ħakem palazz irjali li qed jerġa’ jinbena bi spiża kbira fiċ-ċentru tal-kapitali Ġermaniża.

Id-dipartiment tal-pumpiera qal fuq Twitter li sploda ċilindru tal-gass propane bir-riżultat li ħadu n-nar partijiet mill-bini. Fl-inċident indarbet persuna.

Fuq il-post marru mat-80 uffiċjal minn servizzi differenti tal-emerġenza. Miċ-ċentru tal-belt dehret daħna sewda, duħħan li tappan il-faċċata ġdida tal-bini.

Il-pulizija qalet li m’hemm l-ebda indikazzjoni li n-nar beda apposta iżda l-investigaturi xorta se jkun qed jinvestigaw dan il-każ. Il-kostruzzjoni fuq dan il-palazz bdiet fl-2012 u l-bini se jinkludi mużew u ċentru kulturali li kien mistenni jiftaħ aktar tard din is-sena.