Ambjent
ARA: Jieqfu biex isalvaw fekruna

Persuni li kienu fuq id-dgħajsa fil-Ġnejna lemħu fekruna tal-baħar b’landa tal-plastik imqabbda magħha. Konxji mill-ġid tal-ambjent u mit-tbatija li kienet għaddejja minnha l-fekruna huma waqfu sabiex jgħinuha.

Minkejja li kienet imbeżżgħa, bi mħabba huma għinuha u neħħewlha l-ħabel li qabad magħha. Wara hija kienet ħielsa minn dik ir-rabta u mil-landa. Dlonk malli ħassitha libera hija telqet tgħum.

L-appell jibqa’ wieħed sabiex noqogħdu attenti x’narmu u x’nitilqu fil-baħar għax jista’ jagħmel ħsara ambjentali kbira.

https://www.facebook.com/mark.camilleri.7583/videos/2762723254010097

Intant, għar-raba’ darba dan is-sajf, fekruna tal-baħar telgħet tbid madwar mitt bajda fir-ramel. Din is-sena qiegħda titqies bħala waħda rekord, għax b’differenza mill-aħħar tmien snin, din is-sena, minflok waħda, telgħu ibidu erba’ fkieren.

Ara wkoll:

Fekruna oħra titla’ tbid fl-Għadira

Ifaqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra