Barranin
ARA: Jieqfu qishom statwi biex mingħalihom ma jidhrux

Żewġ racoons qed iqanqlu tbissima wara li filmat tagħhom spiċċa jdur mad-dinja fuq il-midja soċjali.

Ir-racoons jidhru deħlin bis-serqa ġo ġnien ta’ residenza, x’aktarx biex ifittxu l-ikel. F’ħin minnhom jindunaw li hemm persuna qed tarahom.

Ir-reazzjoni tagħhom hija waħda komika għall-aħħar. L-annimali jiffriżaw fil-post qishom statwi biex mingħalihom ma jidhrux, b’wieħed saħansitra wieqaf dritt b’dirgħajh miftuħa beraħ.