Barranin
ARA: Jiffilmja lilu nnifsu waqt li jispara fuq in-nies fi New Zealand

Wieħed mis-suspettati li qatlu għexieren ta’ persuni f’żewġ moskej fi New Zealand, iffilmja lilu nnifsu dirett fuq il-midja soċjali waqt li kien qed iwettaq l-attakk.

Fil-filmat ir-raġel, li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala Awstraljan ta’ 28 sena li ġej minn familja bi dħul baxx, jidher isuq bl-armi tan-nar biswitu fil-karozza.

Ir-raġel iħares fil-kamera, qabel ma joħroġ mill-karozza u jimxi lejn il-bieb ta’ moskea, fejn jidħol u jibda jispara fuq in-nies. TVM mhux qed jippubblika l-filmat sħiħ. Wara l-massakru huwa jmur lura, jibdel l-arma tan-nar, u jerġa’ jmur lejn il-moskea biex ikompli l-attakk.

Fil-filmat ir-raġel jidher ukoll isuq minn fuq il-post u jispara lejn il-karozzi u l-bini. Iktar tard l-istess raġel ġie arrestat mill-Pulizija.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: 49 maqtula f’żewġ moskej fl-ikbar attakk fi New Zealand

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Konservattiv hekk kif ħafna Membri Parlamentari Konservattivi mhux jilqgħu l-pjan li ressqet biex ikun…

Saħħa

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom. L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex…

Barranin

Raġel fl-Italja li qabad titjira b’oħra tagħtu rasu meta nduna li niżel fl-ajruport il-ħażin. Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, meta minn Pisa l-passiġġier qabad titjira ta’ Ryanair lejn Bari, minflok…

Barranin

Filmati li qed iduru d-dinja, qabdu l-mument li meteora xegħlet b’dawl qawwi s-sema fl-Awstralja. Dan ġara lbieraħ filgħaxija meta bosta żoni fl-Awstralja t’isfel inħasdu hekk kif is-sema xegħlet għal ftit…

Aktar