Barranin
ARA: Jifqgħu l-vetrina tal-ħanut b’karozza biex iwettqu serqa f’Londra

Raġel fir-Renju Unit weħel 10 snin ħabs wara li nstab ħati li wettaq serqa armata minn ħanut tal-ġojjelli f’Londra.

Il-filmat tas-serqa ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Pulizija Metropolitana tal-pajjiż, u juri l-mumenti drammatiċi li fihom il-ħallelin faqgħu l-vetrina tal-ħanut u baqgħu deħlin ġewwa bl-SUV b’kollox.

Mill-SUV ħarġu tliet persuni b’wiċċhom mgħammad, li marru fuq il-bankijiet u bdew ikissrul-vetrini u jiġbru l-ġojjelli.

Meta ġew biex joħorġu ’l barra mill-ħanut, sabu persuna mill-pubbliku li bdiet tipprova twaqqafhom. Għalhekk kissru l-bieb tal-ħġieġ u ħarġu jiġru minnu, fejn fil-filmat jidhru qed jiġu segwiti minn persuni li kienu fuq il-bankina.

Ben Wegener, ta’ 34 sena, wieħed mill-ħallelin, inqabad minn dawn in-nies u kien ikkundannat għall-ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Aktar