Barranin
Ara: Jiftaħ in-nar f’università fir-Russja – irrappurtati mejta u bosta midruba

Tal-anqas tliet persuni nqatlu kiesaħ u biered f’università fir-Russja wara li raġel daħal iħuf qalb l-istudenti armat b’senter.

Ir-raġel, li għadu ma ġiex identifikat, fetaħ in-nar f’università f’Perm, belt Russa li fiha jgħixu aktar minn miljun ruħ.

F’filmat imtella’ fuq il-midja soċjali, ir-raġel jidher dieħel fl-università qisu xejn mhu xejn, mgħammad għalkollox u b’senter f’idejh. Filwaqt, li f’sekwenzi oħra miġbuda, diversi studenti jidhru qed jaqbżu m’għola sular mit-twieqi bil-għan li jaħarbu mill-kampus.

Skont rapporti, l-aggressur inqatel mill-Pulizija.