Barranin
ARA: Jiftaħar li kien ikollu sitt nisa f’lejl, iżda issa qed inaqqas

Minkejja li għandu 82 sena u qed jipprova jerġa’ jidħol fix-xena politika, l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi jidher li għadu ma jara xejn ħażin fil-battuti sesswali, u kultant maskilisti, li jagħmel fil-pubbliku.

Meta kien qed idur f’Sardegna bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu għall-Parlament Ewropew, Berlusconi qal li hija ħasra li għandu 82 sena, iżda fl-istess waqt xorta waħda jħoss li għadu b’saħħtu.

Waqt li kien qed jieħu kafe ma’ bar, imdawwar bil-partitarji u l-votanti prospettivi, Berlusconi għażel li jkejjel l-istat ta’ saħħtu f’termini sesswali. “Qabel kont immur ma’ sitt nisa f’lejl, issa mat-tielet waħda norqod.”

Il-battuta ta’ Berlusconi ntlaqgħet b’daħk minn dawk preżenti, b’Berlusconi jkompli jgħidilhom biex imexxu l-kelma.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Barranin

Mara ta’ 21 sena f’El Salvador, li t-tarbija tagħha nstabet mejta f’latrina fejn welldet, inħelset mill-akkużi li qatlet lil bintha. Evelyn Hernández minn dejjem qalet li hija innoċenti. Hija insistiet…

Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Aktar