Barranin
ARA: Jiġbed lit-tifla biex ma tinżilx fix-xmara

Tifla li qed tilgħab fejn xmara jaqgħalha l-ballun fl-ilma, u tersaq lejn it-tarf biex tiġbru. Hija u titbaxxa biex tilħaq il-ballun, kelb tar-razza German Sheperd jidher jiġi jiġri minn warajha.

Il-kelb jibda’ jiġbidha mil-libsa u jibqa’ jiġbed sakemm taqa’ b’lura, u f’dawn il-waqt jinżel huwa fix-xmara u jġib il-ballun.

Il-filmat ma jurix fejn il-kelb irritorna l-ballun; jekk hux lit-tifla jew lil xi ħaddieħor li waddbu, u għalhekk mhux ċar jekk il-kelb huwiex qed jipproteġi lit-tifla jew sempliċiment ikun kompetittiv f’logħba ‘fetch’ bil-ballun.

Lanqas m’huwa ċar fejn u meta ttieħed il-filmat, għalkemm jidher li xxandar minn stazzjon Ażjatiku.

Minkejja d-dubji li jeżistu madwaru, il-filmat kiseb popolarità kbira fuq il-midja soċjali, fejn f’sebat ijiem rawh iktar minn ħames miljun persuna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Aktar