Lokali
ARA: Jiġu kważi wiċċ imb wiċċ wara li 2 karozzi qabżu l-vettura ta’ quddiemhom

Filmat li bagħtilna qarrej ta’ TVM jidhru 2 karozzi jaqbżu l-vetturi ta’ quddiemhom fl-istess ħin minn karreġġjati differenti.

Minkejja li s-sinjal fit-triq juri li wieħed ma jistax jaqbeż il-vettura ta’ quddiemu, jidher li s-sewwieqa għażlu li jaqbżu l-vettura ta’ quddiemhom mingħajr ma qiesu x’setgħu kienu l-konsegwenzi.

Fil-filmat jidhru li s-sewwieqa ħelsuha bi żbrixx. Dak il-ħin wieħed mis-sewwieqa jidher jiġbed għall-ġenb tat-triq biex jevita li jseħħ xi inċident.

Il-każ seħħ fi Triq l-Infetti, l-Imdina.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li mhemm l-ebda każ ġdid għal-lum ta’ Coronavirus f’Malta. Tħabbar ukoll li 14-il persuna oħra ġew imfejqa mill-virus biex b’hekk it-totla ta’ mfejqa s’iss jitla’ għal 576…

Lokali

Id-destin tal-ponta ta’ Paceville reġa’ jinsab fl-arena ta’ argumenti favur u kontra l-iżvilupp propost mill-grupp DB. Il-Moviment Graffitti b’koalizzjoni ta’ għaqdiet u tliet kunsilli lokali ddikjara li anke l-pjanti riveduti…

Lokali

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern…

Għawdex

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf….

Aktar