Barranin
ARA: Jikkonvinċi ġuvni f’Milan biex jaqbeż fuq it-trakk u jsalvalu ħajtu

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu.

Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont miftuħ f’Pozzuolo Martesana, u poġġa fix-xifer bl-intenzjoni li jaqbeż għal isfel.

Fuq il-post waslu l-pulizija li għalqu t-triq u li bdew jitkellmu mal-ġuvni biex jikkonvinċuh jinżel bil-kwiet.

Xufier tat-trakk li nzerta laħaq daħal quddiem il-pont ma ħasibhiex darbtejn biex jagħti sehemu, u tela’ fuq il-kabina tat-trakk, fejn deher ikellem lill-ġuvni.

Ftit tal-ħin wara l-ġuvni jidher li bidel fehmtu, u qabeż għal fuq il-kabina tat-trakk, bix-xufier li kien pront jilqgħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel ta’ 65 sena rrapporta li hemm bomba fuq ajruplan tal-Lufthansa bit-tama li jżomm lil ħaddiema tal-ekwipaġġ għal ħin itwal fil-pajjiż. Ir-raġel, li huwa mis-Serbja, ried joħroġ ma’ ħaddiema tal-ekwipaġġ…

Barranin

Raġel fl-Italja li kien qed isuq fil-kampanja muntanjuża ta’ Appennini, iltaqa’ ma’ xena mhux tas-soltu. Volpi wieqaf fil-ġenb tat-triq, iħares min-naħa għall-oħra, bħal donnu josserva t-traffiku jew jistenna lil xi…

Barranin

Ilnieraħ il-linja tal-ajru British Airways ħassret it-titjiriet kollha lejn il-kapitali Eġizzjana li kienu skedati sal-ġimgħa d-dieħla. Il-kumpanija qalet li ħadet din il-miżura bħala prekawzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà, iżda ma…

Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Aktar