Lokali
ARA: Jilbes u jgħix ta’ Ġesù f’Ġerusalemm

Wara li ħadet sehem fil-kunċert ta’ Betlehem, La Barokka żaret il-belt antika ta’ Ġerusalemm, fejn iltaqgħet b’kumbinazzjoni ma’ dak li jissejjaħ ‘Jesus Guy’. Dan ir-raġel ilu disa’ snin jgħix fil-belt antika ta’ Ġerusalemm fejn jilbes bħal Ġesù, joqgħod ħafi, u jgħid li jgħix bil-kontribuzzjonijiet tan-nies. Ir-raġel jismu James Joseph, u huwa minn Detroit fl-Istati Uniti.

Meta La Barokka staqsietu għaliex jagħmel dan kollu u jgħix b’dan il-mod huwa qal li ma jagħmilx dan biex iqarraq bin-nies, imma għax verament jemmen il-kelma ta’ Alla u jrid jgħix b’dan il-mod sempliċi u jferrex il-kelma ta’ Alla.

James Joseph qal “I follow Jesus, I don’t pretend I am Jesus, no delusion to grandeur, but I live like him and the apostles, and I live with faith, no home, no organisation, no shoes, but I share the gospel”.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar