Lokali
ARA: Jilbsu ta’ super eroj biex iferrħu lit-tfal rikoverati l-isptar

Mal-faċċata ta’ waħda mill-binjiet tal-Isptar Mater Dei, dalgħodu niżlu għadd ta’ super eroj. Dawn kienu membri tal-grupp tal-Iscouts tal-Mosta f’inizjattiva sorpriża għat-tfal li fil-btajjel tal-Għid jinsabu rikoverati l-isptar.

Spiderman, Superman, Wonderwoman, Batman u Robin . . . Dan huma wħud mis-super eroj li s-Sibt filgħodu niżlu mal-faċċata tal-isptar Mater Dei f’inizjattiva ta’ abseiling organizzata mill-grupp tal-Iscouts tal-Mosta biex inisslu tbissima fuq l-uċuħ tat-tfal rikoverati fl-isptar.

L-Assistant Group Scout Leader, Sean Bartolo qal ”Minflok just ninżlu aħna u nieħdu gost aħna, ridna bl-isport tagħna, bl-isport tal-abseiling inferrħu t-tfal fl-isptar Mater Dei u l-kostumi hemm minnhom sponsors, hemm minnhom tfajna fuq Facebook min jista’ jagħti u hekk u bdew ġejjin.”

Spiderman kien kuntent li ta daqqa t’id biex iferrraħ lit-tfal.

Il-grupp tal-Iscouts tal-Mosta qassmu wkoll soft toys lit-tfal fis-swali, ġest li deher li ġie apprezzat ħafna wkoll.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Infrastruttura

Minkejja li normalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija ħafna negozji u ħaddiema jieqfu għal ftit mistrieħ, Infrastructure Malta xorta waħda baqgħet għaddejja bil-bini tal-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar…

Aktar