Kurżitajiet
ARA: Jilagħbu l-volleyball quddiem il-lava ħierġa mill-vulkan

Grupp ta’ Iżlandiżi qagħdu jilagħbu l-volleyball ħdejn vulkan li kien qed jiżbroffa u wara anke ħadu l-kafe waqt li baqgħu jammiraw ix-xena.

Fl-aħħar jiem eluf ta’ Iżlandiżi rħewlha lejn il-vulkan li jinsab fil-peninsula ta’ Reykjanes, madwar 30 kilometru bogħod mill-kapitali Reykjavik.

Biex jikkontrollaw in-nies l-awtoritajiet għamlu passaġġ twil madwar 3.5 kilometri biex in-nies jgħaddu minn.

Huma qed jagħmlu wkoll rondi biex iżommu lin-nies milli jersqu fl-iktar zoni perikolużi tal-vulkani fl-istess inħawi.

Kien hemm persuni li kellhom jingħataw attenzjoni wara li vvjaġġaw mingħajr ikel jew ilbies adattat għal dan il-perjodu tas-sena.