Annimali
ARA: Jilmħu d-dniefel mill-viċin fil-port ta’ Marsamxett

Persuni li lbieraħ filgħaxija nzertaw fil-port ta’ Marsamxett raw xena mill-isbaħ, b’għadd ta’ dniefel jaqbżu viċin l-art.

Michela Cuschieri ġibdet dawn il-filmati għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, bid-dniefel jidhru jgħumu f’diversi nħawi tal-port.

Persuni li kienu fuq l-art jidhru jitpaxxew bix-xena, waqt li dawk ixxurtjati li kienu fuq dgħajsa setgħu jibqgħu jsegwu d-dniefel min-naħa ta’ Tax-Xbiex u l-Gżira sal-Belt.