Attività
ARA: Jimlew il-vapur t’Għawdex bil-muturi biex ifakkru lill-vittmi sħabhom

Xena mhux tas-soltu llum fil-vapur t’Għawdex, li kien mimli daqs bajda bil-muturi, minflok bil-karozzi bħal ma mdorrijin naraw.

Dawn il-muturi sabu ruħhom kollha fuq il-vapur fl-istess ħin biex jagħmlu pellegrinaġġ lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, bil-għan li jitfakkru s-sewwieqa tal-muturi u d-dilettanti li tilfu ħajjithom f’inċidenti.

Is-sewwieqa tal-muturi li telgħu għall-pellegrinaġġ f’Għawdex ingħataw biljett tal-vapur b’xejn.

Ride for fallen bikers to Ta' Pinu Gozo.Thank you.

Gepostet von John Bundy am Sonntag, 15. September 2019

Ejjew ha nfakkru l-memorja ta' shabna sewwieqa tal muturi li hallewna tragikament.Niltaqghu c-Cirkewwa, l-vapur jitlaq fl'10am.Il-vjagg huwa bla hlas, tinghata billjett biex tinzel lura Malta fi xhin trid wara l-quddiesa.Mexxu l-kelma u ghaqsmu dan l-avviz ma' shabkom.

Gepostet von John Bundy am Dienstag, 3. September 2019

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tagħrif li Television Malta ġabar mingħand il-Pulizija juri li r-rapporti ta’ serq x-xahar li għadda naqsu b’25% meta imqabbel ma Marzu tas-sena l-oħra. Fi kliem l-Ispettur Fabian Fleri, mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet…

COVID-19

Il-proċeduri għall-IVF jinsabu ffriżati għal kollox kawża tal-COVID19. Il-kap tal-awtoritàa għall-protezzjoni tal-embrijun qalet li ttieħdu miżuri biex dawk li jinsabu fl-età massima li fiha jistgħu jinqabdu tqal bl-IVF, jingħataw estensjoni…

COVID-19

Edizzjoni tal-programm DISSETT se tixxandar wara l-bulettin tal-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM. Dirett mill-istudios ta’ Television Malta: id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u diversi professjonisti mill-Isptar Mater Dei…

Lokali

Kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. F’pandemija bħal dik li qed ngħixu, kulħadd jintlaqat b’mod jew b’ieħor u kulħadd għandu il-perspettiva tiegħu. M’hemmx dubju li l-COVID19 se tħalli timbru fis-socjetà u…

Aktar