Barranin
ARA: Jimmudellaw b’rashom f’idhom

Dawk li attendew l-isfilata tal-moda ta’ Gucci f’Milan raw dak li qatt ma stennew.

F’ambjent li jixbaħ sala tal-operazzjonijiet, id-Direttur Kreattiv ta’ Gucci Alessandro Michele ħareġ lill-mudelli tiegħu b’rashom f’idejhom.

Naturalment dawn kienu repliki, kif kienu wkoll għajnejn li kienu f’idejn xi mudelli.

Fl-isfilata pjuttost oriġinali, il-mudelli daru mal-imwejjed tal-operazzjonijiet bl-udjenza tibqa’ b’ħalqha miftuħ issegwi lill-mudelli lebsin stil elaborat ta’ ħwejjeġ. Il-ġimgha tal-moda f’Milan hija waħda mill-iktar imfittxija mid-djar tal-moda, li diġà bdiet toħroġ kollezzjonijiet ta’ ħwejjeġ għall-ħarifa u x-xitwa li jmiss.