Barranin
ARA: Jindarbu wara li ċeda bihom escalator

Mill-inqas 20 persuna ndarbu meta kienu qed jużaw l-escalator fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-art tal-kapitali Taljana ta’ Ruma u f’ħin minnhom ċeda bihom.

Bosta midruba huma partitarji tat-tim Russa CSKA Moscow li llejla qed jilgħab f’Ruma kontra t-tim tal-kapitali AS Roma.  Fost il-partitarji hemm wieħed li qed jirriskja li jitlef siequ.

Fil-filmat li qed jiċċirkola fuq Twitter jidher il-mument li fih ċeda l-escalator u l-kaos li nqala’ dak il-ħin fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-art.