
Mument ħelu f’ħanut ta’ parrukkier f’Pesaro, fl-Italja, fejn kulħadd infexx ikanta jew jikkummiedja biex jaljena tifel żgħir li xejn ma kien kuntent li qed jaqtgħulu xagħru.
Meta raw liċ-ċkejken imbikkem, il-parrukkiera pront ftehmu bejniethom ta’ malajr u f’kor wieħed infexxew ikantaw il-kanzunetta tat-tfal ‘I Due Liocorni’, b’wieħed mill-klijenti saħansitra jimprovizza b’kitarra tal-ġugarelli.
It-tifel, skantat b’dak li kien qed jiġri madwaru, waqaf jibki, u nesa l-parrukkier li dak il-ħin kompla jqarfaslu xagħru b’ħeffa sakemm lestieh. Omm it-tifel, li kienet qed tiżbogħ xagħrha, mogħxija bid-daħk mal-kumplament.
https://www.facebook.com/cfcstaffparrucchieri/videos/171440337144306/
Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…
Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…
Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…