Barranin
ARA: Jinqabad jidħak bih minn wara dahru fil-parlament

Il-MP Merriman tal-partit konservattiv Ingliż inqabad jiddieħek b’membru tal-istess partit waqt seduta parlamentari.

Merriman inqabad bil-filmat jipponta lejn Michael Fabricant u jidħak b’Michael Fabricant ma’ min kien qiegħed maġenbu.

Il-membru parlamentari huwa Merriman inqabad jgħid lil Kelly Tolhurst ‘dik żgur parrokka’ waqt li jipponta lejn Fabricant.

Meta sar il-kumment, Mr Fabricant kien qiegħed jistaqsi lill-Prim Ministru mistoqsija u xejn ma niżillu tajjeb il-kumment.

Fabricant qal li Merriman jidher li għadu jibda fid-dinja tal-politika għaliex  żgur ma kienx jgħaddi l-kumment bil-mossi kieku kien jaf li kollox qed jiġi rrekordjat fil-Parlament.

Meta mistoqsi dwar xagħru, Fabricant evita li jikkummenta iżda dejjem ċaħad li jilbes parrokka.