Kurżitajiet
ARA: Jinqabad jiekol l-ikel ordnat mill-klijenti b’delivery

Ħaddiem Indjan spiċċa fuq fomm kulħadd wara li nqabad jiftaħ il-kaxxi tal-ikel ordnati b’delivery u jerġa’ jagħalaqhom meta jkun fi triqtu għand il-klijenti.

Filmat li nġibed f’Madurai, fin-nofsinhar tal-Indja, juri lir-raġel liebes T-shirt ta’ Zomato, li hija app popolari Indjana tal-ikel ordnat b’delivery, juri lir-raġel jiftaħ il-kaxxi, jiekol minnhom, u jerġa’ jagħlaqhom.

Għall-ewwel bosta kienu dawk li kienu rrabjati għalih, tant li l-kumpanija keċċietu mix-xogħol.  Madanakollu meta Zomato ddeċidiet li tissensjah, ir-reazzjoni tan-nies imbidlet u bdew jitħassruh.

Bosta qalu li delivery men jaħdmu sigħat twal, f’kundizzjonijiet diffiċli u b’paga baxxa.  Dat-tip ta’ xogħol sar popolari ħafna fl-Indja, iżda l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma miżeri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bosta jinsabu mħassba b’saħħet il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel hekk kif reġgħet intlemħet titriegħed waqt ċerimonja uffiċjali. Il-filmat jaqbad lill-Kanċillier titriegħed mingħajr kontroll minn rasha sa saqajha waqt id-diskors tal-President Frank-Walter Steinmeier….

Kurżitajiet

Il-Pulizija fi Brandeburg fil-Ġermanja, kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu hekk kif spiċċaw iwaqqfu sewwieq ta’ mutur li kien qed isuq għarwien ħuta. Is-sewwieq, li kien għarwien ħlief għall-elmu u ż-żarbun…

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Aktar