Barranin
ARA: Jinqata’ d-dawl fit-tieġ u jinfexxu jċapċpu

Kien wieħed minn dawk il-mumenti rari fejn qtugħ fil-provvista tad-dawl intlaqa’ miċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

Quddiesa ta’ żwieġ f’Palermo, fi Sqallija, imxiet ħarir, u fi tmiemha ċ-ċelebrant ta l-barka lill-kongregazzjoni u flimkien raddew is-salib.

Kien preċiżament mal-“Amen” li faqqgħet sajjetta kbira u l-knisja spiċċat fi dlam ċappa, għajr għal ftit xemgħat.

Għal ftit sekondi kulħadd inħasad u waqa’ skiet taqtgħu b’sikkina. Meta ndunaw li kien biss qtugħ ta’ dawl, in-nies infexxu f’ċapċipa.

Bħal donnu li s-sajjetta ma riditx tħassar din iċ-ċelebrazzjoni tant speċjali għall-koppja, u stenniet sal-aħħar mument biex tfaqqa’ u taqta’ d-dawl.