Annimali
AĠĠORNAT: Il-kelb tal-anzjana Ingliża aktarx li miet bi swied ta’ qalb

Sejba makabra oħra fir-residenza tal-anzjana Ingliża li nstabet mejta f’darha f’San Pawl il-Baħar.

Dan hekk kif dalgħodu l-uffiċċjali tal-Malta SPCA marru biex ineħħu l-qtates li kienet trabbi u sabu lill-kelb ta’ Janet Harvey mejjet taħt is-sodda tagħha, fejn huwa maħsub li kienet ilha mejta 3 xhur.

Kienu l-Pulizija li għamlu kuntatt mal-attivista tal-annimali Moira Delia li qalulha li l-anzjana Ingliża kellha wkoll il-pets fid-dar tagħha.  Moira Delia marret dalgħodu fuq il-post mal-Malta SPCA u qalet lil TVM li nstabu 4 iqtates ħajjin u kelb mejjet.

Il-preżentatriċi u attivista tal-annimali qalet li l-kelb tat-tip Chihuahua jidher li miet bi swied il-qalb minħabba li r-raġel ta’ Janet, Russell kien iħallilhom l-ikel niexef lill-annimali.

Spjegat kif tpoġġiet nassa bl-ikel f’każ li għad hemm iktar qtates maqbudin fid-dar.  Moira Delia qalet li l-qtates se jitpoġġew fi kwarantina minħabba l-ħmieġ li kien hemm fil-kamra fejn instabu, u wara jitnaddfu u jingħataw għall-adozzjoni.

Il-preżentatriċi tal-programm Animal Diaries Moira Delia fil-programm tal-lum se tkun qed tiffoka dwar dan il-każ.  Animal Diaries jixxandar illejla fis-6.30pm fuq TVM.

Ara wkoll:

Qalilha “she’s all right” meta l-mara kienet diġà mejta – ġara

BIL-FILMAT: Tinstab mejta f’darha wara 3 xhur

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar