Kronaka
AĠĠORNAT: Fir-rejd tal-bieraħ instabet id-droga eroina, kokaina u l-kannabis

Tliet persuni – żewġt irġiel Maltin ta’ 34 sena u 46 sena residenti l-Ħamrun u l-Imsida rispettivament u Libjan ta’ 29 sena residenti Marsaskala – ġew arrestati tard il-Ħadd filgħaxija waqt rejd li sar mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi fil-Marsa.

TVM kien fuq il-post ftit ħin biss wara meta għal ħabta tas-7.30pm, it-toroq kollha li jagħtu għal Triq it-Tiġrija ingħalqu mill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku. Fl-istess waqt, il-Pulizija tal-Iskawdra ta’ Kontra d-Drogi, flimkien mal-Ispecial Intervention Unit, mgħammdin bi balaklavi, tarki u armati, daħlu f’binja li hemm fi Triq it-Tiġrija.

Il-Pulizija sabu persuna Maltija, mitlufa minn sensiha, aktarx kawża ta’ doża qawwija tad-droga. Fuq il-post, issejħet ambulanza li ħadet lill-Malti l-Isptar Mater Dei fejn nifhmu li jinsab f’qagħda serja.

Sorsi li tkellmu ma’ TVM qalu li din il-binja hija bejta għat-traffikar tad-droga u kienet ilha mgħassa għal dawn l-aħħar jiem. Fir-remissa nstabet id-droga tal-kokaina, l-eroina u qratas allegatament bil-pjanta tal-kannabis kif ukoll xi oġġetti relatati mal-konsum u t-traffikar. Fuq il-post marru wkoll l-uffiċjali tax-Xena tar-Reat sabiex jelevaw il-provi.

B’dan il-każ qed issir ukoll inkjesta mill-Maġistrat N Camilleri. Dan huwa t-tieni rejd li sar mill-Pulizija fl-aħħar jumejn, wara dak li sar t’Tas-Sliema li fih ġew arrestati tliet persuni oħra.

Ara wkoll:

ARA: Rejd mill-Pulizija fil-Marsa – arrestati xi persuni

Aħbarijiet Oħra
Trasport

B’investiment ta’ €11 miljun ewro se jiżdiedu 50 xarabank ġdid fil-flotta tat-trasport pubbliku. Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-investiment tal-kumpanija privata Autobus De Leon li għat-tieni sajf konsekuttiv investiet…

Pulizija

Fl-okkażjoni tal-206 anniversarju mit-twaqqif tal-korp tal-pulizija, l-Arċisqof Charles J Scicluna qal li l-motto tal-Korp stess, Domine Dirige Nos qed jitlob lil Alla jmexxi Hu. L-Arċisqof qal li x-xogħol tal-Korp hu…

Agrikultura

Il-pitkala kollha se jingħataw għodda teknoloġika biex jibdew jirreġistraw il-prodotti kollha f’sistema komuni li se tkun aktar trasparenti u biha jkun hemm rendikont aġġornat tal-prodotti li nbigħu, il-prezzijiet u x’fadal….

Aktar