Barranin
ARA: Jinxteħet f’nofs ta’ triq ġo Verona taparsi tajruh

Raġel fl-Italja li x’aktarx ipprova jisloħ somma flus wara li taparsi ġie mtajjar fit-triq, inqabad jirreċta minn kameras tas-sigurtà.

Ir-raġel kien qed jaqsam minn fuq il-linji żebra fi triq traffikuża, meta karozza ma waqfitlux. Minkejja li x-xufier żbalja, lir-raġel li kien qed jaqsam ma messux.

Iżda r-raġel jidher li ħataf din l-opportunità biex jipprova jiggwadanja xi ħaġa, u wara li ntelaq ‘il quddiem mal-karozza, inxteħet mal-art taparsi mweġġa’.

Ix-xufier jidher jieqaf u jitfa’ mal-ġenb, iżda l-logħba tar-raġel ma damitx wisq ma nkixfet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Aktar