
Annimali
ARA: Jinżel jgħum man-nies fl-Għadira
Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu.
Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp meta jgħejjew.
L-għaqda qed tappella lill-pubbliku biex meta jilmaħ xi fjammingu waħdu, bħal f’dan il-każ, jirrapporta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-għaliex dan ikun jew bla saħħa jew midrub.
Dawn huma l-linji gwida ta’ x’wieħed għandu jagħmel f’każ li jiltaqa’ ma’ fjammingu.
Il-fjammingu qed jiġi osservat mill-Bird Life.