Barranin
ARA: Jinżel wiċċu ‘l isfel biex isalva lin-nies fl-Alpi Franċiżi

Filmat ta’ salvataġġ li seħħ fl-Alpi Franċiżi l-ġimgħa l-oħra wera l-ħila tal-bdot li niżżel il-ħelikopter f’pożizzjoni mhux tas-soltu biex itella’ lil xi ħadd li kien ferut.

Il-manuvra, msejħa ‘skate support’, intużat biex ikun iffrankat il-ħin, minħabba li fi ftit minuti t-temp kien se jagħmel is-salvataġġ ħafna iktar diffiċli.

Il-ħelikopter jidher jinżel eżatt biswit l-iskiers, filwaqt li l-iskrun tiegħu jgħaddi żbrixx minn mas-silġ.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Barranin

Għalliem tax-xjenza fil-Kenja ngħata premju monetarju ta’ $1m bħala l-aqwa għalliem fid-dinja għaliex tant huwa ddedikat li saħansitra jonfoq kważi l-paga kollha fuq l-istudenti tiegħu. Peter Tabichi, li huwa qassis…

Aktar