Kultura
ARA: Jipproponilha waqt żifna fil-karnival

Il-Karnival ta’ Malta jinżel fl-istorja mhux biss għall-karrijiet, u kostumi u maskeruni ikkuluriti, iżda wkoll għat-temp tar-rebbiegħa li għamel f’nofs ix-xitwa. U dan huwa element importanti fir-renju tal-bluha li għat-tielet ġurnata tal-Karnival ra l-Belt b’baħar ta’ nies – minn żgħar sa’ kbar. Il-Karnival 2020 se jibqa mnaqqax fil-memorja tal-għarajjes Yanika Micallef u Brendan Farrugia, dan għaliex hekk kif il-karru ta’ Aladdin wasal quddiem il-Qorti, Brendan waqaf miż-żifna u ppropona lil Yanika biex tiżżewġu.

Tkellimna ma’ Yanika u Brendan ftit sekondi wara li lissnet il-kelma IVA.

“X’inhuma l-ewwel kummenti tiegħek?
Veru kuntenta u ma kontx qed nistenniha din.
Inti Brendan, kemm ilek tippjana din?
Ilna minn Settembru nippruvaw, u nigbed u nħawwad u lanqas naf x’m’għamiltx biex ma tindunax imma irnexxiet. thank you lil kulħadd, ħafna ħafna.”

Iktar kmieni, eluf ta’ nies ħnqu t-toroq tal-kapitali. Jispikkaw it-tfal lebsin kostuni u kollhom entużjażmu. Ħafna qalulna li jħobbu jaraw il-karijiet, u jilbsu kostumi ġodda.

Il-Ħadd ukoll l-isfilata bir-Re tal-Karnival tmexxiet mill-karru trijonfali li ma jikkompetix mal-bqija tal-karrijiet. Id-defilè li beda minn Pjazza Kastilja, dar mal-Fosos u daħal mat-toroq tal-Belt. Il-qofol intlaħaq bil-kumpaniji taż-żfin li akkumpanjaw lil kull karru trijonfali fi Pjazza San Ġorġ. Iż-żeffiena b’kostumi ikkuluriti ikkumplimentaw il-karrijiet trijonfali.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar