X

ARA: Jipprova jgħaddihom minn għajn il-labra li l-ħut huwa frisk

Bejjiegħ tal-ħut fil-Kuwajt prova jqarraq lill-klijenti tiegħu iżda nqabad fil-fatt.

Il-bejjiegħ prova jeħles mill-ħut antik li kellu billi jwaħħal għajnejn foloz tal-plastik biex jidhru aktar friski.

Ix-xerrejja qasmu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ħut antik li saħansitra ġie rrappurtat fil-gazzetta Al Bayan.

Il-Pulizija rtiraw il-liċenzja tal-bejjiegħ.