Ikel
Ara: Jirnexxilek tagħmel il-marmalade mil-larinġ bħalu?

Skiet taqtgħu b’sikkina, arja friska u ġonna li jpaxxu l-għajn. Qalb is-swali statali u l-Ġonna Pubbliċi tal-Palazz ta’ Sant’Anton, kull sena l-Malta Community Chest Fund bħalissa torganizza l-Festa taċ-Ċitru, hekk kif il-frott taċ-ċitru jinsab fi żmienu.

U, din is-sena, edizzjoni oħra tinsab magħna, il-ħdax-il waħda, u li ħa ssir nhar il-Ħadd li ġej fil-Palazz ta’ Sant’Anton mid-9.00am sal-5.00pm.

Żaqqu jħobbha kulħadd, u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. Għal nhar il-Ħadd, fost l-oħrajn, il-Kċina tal-President qed tħejji madwar 3,000 muffin taċ-ċitru, 1,000 kejk taċ-ċitru, u mal-mitt vażett tal-marmalade.

U, inti, ġieli tħajjart tagħmel il-marmalade mil-larinġ?

Fil-filmat t’hawn taħt segwi pass pass kif Mark Schembri, iċ-Chef Eżekuttiv tal-Kċina tal-President, iqaxxar il-qxur tal-larinġ, jagħsar il-frott taċ-ċitru, u jissepara l-meraq bil-għan li jagħmel il-marmalade mil-larinġ tal-bakkaljaw. Sa tieħu ċans?

Festa taċ-Ċitru 2020

ARA: Kif tagħmel il-marmalade mil-larinġ tal-bakkaljaw?#festaċitru2020#kċinatalpresident#maltacommunitychestfundfoundation

Gepostet von The Malta Community Chest Fund Foundation am Dienstag, 14. Januar 2020

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Jismu Kurt. Madanakollu, bosta jiftakruh bħala Jason, it-tifel tal-familja Cassar, jew in-neputi l-aktar għal qalb in-nanna Katrin, il-mibkija Mary Rose Bonello. U, sal-ġurnata tal-lum, hekk baqgħu jsibuh lil Kurt Castillo,…

Kultura

Fil-qedem, pajjiżna kien jismu ‘Melita’. Liema isem, ġej proprju mill-Grieg, u li jfisser ‘għasel’. Sa mill-qedem, l-għasel kien u għadu meqjus bħala prodott prestiġġjuż ferm. Fi żmien ir-Rumani, b’mod speċjali,…

Kurżitajiet

Żewġ persuni li kienu qed jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex bil-jetskis tpaxxew mhux biss bil-veduta iżda wkoll b’qatgħa dniefel. Dan il-ħut bħal donnu kien qed itellaq biex jasal qabel…

Saħħa

Hawn min jilħaqlu ftit aktar minn ta’ ħaddieħor, oħrajn joqogħdu jistennew il-bajtra taqa’ f’ħalqhom u jaf jissaddilhom jekk ma jħaddmuhx biżżejjed. Moħħ kulħadd, madanakollu, jiżen bejn wieħed u ieħor l-istess,…

Aktar