Stejjer Umani
ARA: Jirrakkonta kif marret għajnu bih u waqa’ 4 sulari fil-Mellieħa

Disk Jockey Ingliż kien Malta għal vaganza mas-sieħba tiegħu, li għal ftit ma ntemmitx fi traġedja. Huwa waqa’ m’għola erba’ sulari mill-gallarija tal-kamra tiegħu fil-lukanda Seabank, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fil-15 ta’ Awwissu. B’xorti tajba, Paul Cartwright salva, u fis-sigħat li għaddew ġie trasferit mill-Isptar Mater Dei għal ġo sptar f’Londra.

Ftit iktar minn ħames ġimgħat wara l-inċident li seħħ f’jum il-festa ta’ Santa Marija, Paul Cartwright ħareġ mill-koma u ttieħed Londra biex ikompli bil-kura fil-King’s College Hospital.

Iltqajna ma’ Paul Cartwright fl-Isptar Mater Dei, ftit sigħat biss qabel ħalla Malta. Mimdud fis-sodda, Cartwright, li qed jitqies bħala “ir-raġel tal-miraklu”, kiser 28 għadma u kellu ksur f’saqajh, f’ġenbu, dahru, l-kustilji, u sofra ġrieħi fil-fwied, u fil-pulmun, u kellu emoroġija interna.

Paul Cartwright jirrakkonta li kien qed jiċċelebra għeluq l-45 sena tiegħu mas-sieħba Danielle, erbat ijiem biss wara li waslu Malta. Il-koppja kienet għadha kemm irritornat il-lukanda wara li ħarġu jieklu. Iżda ftit qabel is-siegħa ta’ filgħodu, seħħet it-traġedja.

“I was enjoying my Bitcoin Billionare book which I was reading on the balcony before I had my accident. That’s what I could remember sitting in the balcony, having a cigarette, I must have fallen asleep, got up, I don’t know, it was just crash,” irrakkonta Carwright.

TVM ikkonferma li meta seħħ l-inċident, Paul mexa lejn in-naħa tal-gallerija, kawża tal-kundizzjoni tiegħu li jimxi waqt li jkun rieqed. Huwa dam kważi tliet ġimgħat f’koma.

“It was two and a half weeks of dreams. I was hearing like different voices talking to me. Randomly. I don’t know if it was the medicines they were gining to me but. The when my family came over they started to explain a little bit more what happened and that I had fallen

Wara ħames ġimgħat fl-isptar Mater Dei, is-Sibt wara nofsinhar, fil-jum li t-tewmin bniet tiegħu, Maya u Ruby għalqu 10 snin, Paul ittieħed b’air ambulance minn Malta lejn Biggin Hill, fejn ġie trasferit għal Kings College Hospital.

Huwa kellu biss klien ta’ tifħir għall-istaff mediku tal-Isptar Mater Dei li salvawlu ħajtu. “From the nurses to the janitors here at Mater Dei, they have just been amazing. The surgeons as well, and to be fair, the quick response, my partner told me, “They weren’t going to let you die.”‘

Dan l-inċident ħallih b’diżabilità, u Paul qal li l-ambizzjoni tiegħu issa hija li jerġa’ jitgħallem jimxi mill-ġdid. Iżda minkejja dan l-inċident, Paul jinsab ottimist li se jirkupra għal kollox.

“So you got to make fun of it, because at the end of the day I’m lucky to be alive. It happened on a very holy day, Santa Marija, and I do believe heaven was having a party that night, but I wasn’t allowed on the guest list … have a laugh at yourself and take time out for the people who love you, and it’s not always working, life is too short.”

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjana ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq Desain, il-Birgu. Il-Pulizija qalet li raġel ta’ 61 sena residenti Ħal Tarxien kien qed isuq vettura…

Lokali

Stennija għall-Budget hekk kif illum il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla li huwa t-tielet Budget tal-Gvern f’din il-leġislatura. TVM ħejja skeda speċjali ta’ xandir tal-Budget. Ix-xandira fuq…

Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Aktar