Lokali
ARA: Kif irrestawra vann antik tal-ħobż ġo garaxx fil-Qrendi

Spiss nisimgħu fuq xogħol ta’ restawr ta’ bini storiku, iżda rari fuq ir-restawr ta’ vetturi antiki. TVM iltaqa’ ma’ Mark Stagno, restawratur tal-vetturi antiki. Ilna nsegwuh jirrestawra vann antik tal-ħobż għal dawn l-aħħar sentejn u nofs.

Sentejn u ħames xhur ilu żorna lil Mark Stagno fil-garaxx tiegħu l-Qrendi u sibnih jirrestawra vettura antika – dak iż-żmien kif juru l-filmati, kienet żarmata għal kollox b’biċċiet minnha mdendlin mal-garaxx. Qalilna li l-vann li qed jaħdem fuqu għandu aktar minn 80 sena.

Tliet xhur wara, erġajna żorna lil Mark li ilu 15-il sena jaħdem bħala restawratur tal-vetturi antiki. Il-vann li kien qed jaħdem fuqu din id-darba sibnih f’dehra aħjar. Hu mudell Ford tal-1938 magħruf bħala ta’ molla waħda.

“Naħseb jien kien jintuża bħala vann biex iqassmu l-ħobż bih, għax wara kienu għamlulu kambjament u l-bibien flok jinfetħu kif nafuhom aħna kienu għamlu waħda titla ‘l fuq u l-oħra kemm taqa’ għal isfel.”

Qalilna li r-restawr tal-vetturi jeħodlu ħafna ħin iżda jagħtih ħafna sodisfazzjon.

“Bdejna billi blastjajnih il-vettura, biex tkun taf eżatt x’tip ta’ ħsara hemm. Kif blastjajniha sibna li l-ġnubijiet ta’ wara il-panel riedu jinbidlu kollha u litteralment ħdimnihom aħna bl-idejn. Bejn naqra sadid fil-bibien, bejn naqra sadid fil-bonets, il-mudgars irranġajnihom sew kollha.”

Fost l-akbar sfidi li ltaqa’ magħhom kien hemm in-nuqqas ta’ persuni mħarrġa ghal dan ix-xogħol u stqarr li mnalla kien ħuh li għenu jagħmel ħafna mix-xogħol.

“Għandu magna 8 horse power, kollox litteralment ġdid se jkun hemm, il-magna se tiġi rrestawrata wkoll, kemm il-gearbox, axils ta’ quddiem, axils ta’ wara, brejkijiet, kollox irrestawrat. Sidu se jkollu vann tista’ tgħid se joħorġu mill-fabbrika.”

Is-Sur Stagno qalilna li ghalih dan passatemp imma jiddedika s-Sibtijiet ghal restawr tal-vetturi.

Fl-ewwel jiem ta’ din is-sena erġajna żorna l-garaxx tas-Sur Stagno u sibna li x-xogħol fuq il-vann jinsab fl-aħħar tiegħu. Qalilna li jmiss issa hija rfinatura tajba, jiċċekkja li l-bibien jinfetħu u jingħalqu tajjeb u mbagħad tingħata ż-żebgħa finali.

“Three tone color għax se jkun mill-faxx tiegħu ‘l fuq se jiġi ivory white, ‘l isfel se jiġi turquoise u mbagħad il-parti ta’ quddiem fejn jidħlu mudgars u l-wheel arch ta’ wara jiġu suwed. Imbagħad dik it-tberfila l-antika kif nafuha aħna u jkun il-final imbagħad.”

Malli jitlesta x-xogħol kollu fuq il-vann, jiġi rreġistrat ma Transport Malta bħala vettura klassika u jsiru l-proċessi meħtieġa biex sidu jkun jista’ jerġa’ joħorġu fit-triq.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li ta struzzjonijiet sabiex parti minn Triq San Ġużepp, fil-Qala, terġa’ tinbena mill-aktar fiss possibbli. Dan wara li ċedew biċċiet mir-retaining wall u l-pedamenti ta’…

Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Aktar