Stejjer Umani
ARA: Jirriskja ħajtu biex idewwi nies midruba fil-gwerer

Gesmond Micallef ilu għoxrin sena b’riskju għal ħajtu jmur idewwi nies midrubin serjament fil-gwerer. Ftit tal-jiem ilu, is-sur Micallef li huwa infermier ngħaqad ma’ tim mediku Franċiż biex idewwi nies midruba fil-ġlied fil-Libja.

Ftit tal-jiem ilu Gesmond Micallef, li huwa deputy charge nurse, b’riskju għal ħajtu mar il-Libja ma’ tim mediku Franċiż biex jassisti u jdewwi lin-nies midruba fil-ġlied qalil fil-Libja fejn hemm saħansitra skarsezzi kbar fl-isptarijiet.

Gesmond Micallef qal “għadni ġej mil-Libja fejn għamilt 12 -il ġurnata, u hemm appelli biex in-nies imorru għax ħabba l-gwerra nies ta’ professjoni ħarġu barra l-pajjiż”.

Gesmond beda dal-volontarjat tiegħu 20 sena ilu fil-gwerra tal-Kosovo. Kompla fil-Libja fi żmien waqt r-rivoluzzjoni li neħħiet lill-Kurunell Gaddafi mill-poter u l-Mozambique fl-Afrika. Gesmond jammetti li mhux faċli li taħdem f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Gesmond Micallef qal “tbatija psikoloġika, u leħħiet ta’ xeni tad-demm u l-laħam, għaddejna minn sparar anki fuq ambulanzi”.

Gesmond jgħid li jagħmel dan kollu bl-appoġġ ta’ familtu, fosthom ta’ martu, iżda jgħaddi minn mumenti ta’ biża’ li jista’ xi darba ma jiġix lura.

Gesmond qal “il-bżonn jgħajjatlek, dik li tista’ tagħmel xi ħaġa u li taf li tista’ tagħmilha, bl-għajnuna t’Alla tagħmilha”.

Gesmond jgħid li wara kull esperjenza anki jekk ibati, is-sodisfazzjon u l-paċi li jħoss f’qalbu ma jitifissrux bil-kliem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar