Kurżitajiet
ARA: Jisfidaw barri fuq xtajta, il-beżżiegħa jaqbżu l-baħar

Fl-eqqel ta’ Lulju ħafna nies qed jinżlu lejn ix-xtajtiet sbieħ li joffri l-Mediterran biex iċafċfu u jirrilassaw. Iżda xtajta partikolari fi Spanja bħalissa qed toffri żvog għal kollox differenti.

Ir-raħal ta’ Denia, qrib il-belt ta’ Valencia fi Spanja, din is-sena wkoll żamm it-tradizzjoni tiegħu bl-attività Bous a la Mar. Hawnhekk baqar u barrin jiddaħħlu ġo arena li parti minnha tagħti għal baħar. Għexieren ta’ parteċipanti, ħafna minnhom ġuvintur, jippruvaw juru l-qlubija tagħhom billi jittantaw u jisfidaw lill-barrin.

L-iktar parteċipanti beżżiegħa jaqbżu l-baħar biex jevitaw xi daqqa mingħand il-barri fferoċjat, li fid-dagħdigħa ġieli jaqbeż il-baħar għal warajhom.

B’sorpriża għal xi uħud, kemm il-baqar kif ukoll il-barrin huma kapaċi jgħumu bla diffikultà, iżda sabiex jiġu protetti l-annimali, dgħajsa żgħira tkun fil-post tistenna l-annimal biex meta jaqbeż il-baħar, jerġa’ jitellgħa fuq l-art. Fil-fatt l-annimali ma jiġu mweġġa’ bl-ebda mod f’din l-attività, għal kuntrarju tal-ispettaklu bil-matador.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab fi Brussell fejn kellha taħditiet mal-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’attentat biex issalva l-ftehim għal Brexit. Fi tweet ftit tal-ħin ilu, il-President tal-Kunsill Ewropew,…

Barranin

Persuna nqatlet u tal-inqas sitt persuni ndarbu wara li ġew sparati tiri fil-belt Franċiża ta’ Starsburgu. Il-Ministru għall-Intern Franċiż ikkonferma li seħħ każ serju għas-sigurtà pubblika u ħeġġeġ lir-residenti jibqgħu…

Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Aktar