Barranin
ARA: Jisfrattaw it-titjira wara ġlieda fuq l-ajruplan

Ġlieda f’nofs titjira minn Gold Coast fl-Awstralja għal Singapore sfurzat lill-bdot jagħmel inżul t’emerġenza fil-belt ta’ Sydney.

Passiġġier ippubblika filmat fuq is-siti soċjali u qal li wara li saru jafu li t-titjira tagħhom kienet se ddum ma titlaq, kien hemm raġel li beda jixrob u siker.

Meta l-ajruplan telaq minn Gold Coast, 20 minuta mit-tluq tat-titjira, ir-raġel sar aggressiv u beda jagħti daqqiet ta’ ponn lil raġel ieħor.  Minkejja li l-membri tal-ekwipaġġ ippruvaw irażżnuh, kienu xi passiġġieri oħrajn li rnexxielhom iferrquhom.

Madwar sagħtejn mit-titjira, ġie deċiż li l-ajruplan ibiddel ir-rotta u jinżel f’Sydney biex ir-raġel ittieħed minn fuqu u ġie arrestat.  Saru arranġamenti biex il-passiġġieri l-oħrajn ikomplu bil-vjaġġ tagħhom fuq titjira oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar