Barranin
ARA: Jisfronda pont ieħor fl-Italja

F’Cagliari, fil-gżira ta’ Sardenja, għadu kif sfronda kompletament il-pont ta’ Scafa li jgħaqqad lil Cagliari ma’ Capoterra.

Jidher li l-pont ċeda kawża tal-maltemp li qed jaħkem iż-żona.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-ilmijiet saħansitra ħadu magħhom dak li kien għad fadal mit-triq li kienet diġà mgħarrqa.

L-awtoritajiet ħarġu twissija ta’ maltemp qawwi u wissew lir-residenti biex ikunu prudenti. Għada l-iskejjel mhux se jiftħu l-bibien għat-tfal tal-iskola bħala prekawzjoni ta’ sigurtà.

Dan huwa t-tieni pont li sfronda fi żmien xaharejn fl-Italja kawża tal-maltemp.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Barranin

Tfal ta’ ġenituri separati għandhom tendenza akbar li jeħxienu minn dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom jgħixu flimkien. Dan inkixef minn riċerka li saret minn London School of Economics and Political…

Barranin

Fr Michael Los tilef il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer iżda sal-aħħar nifs, fl-uġigħ u t-tbatija kollha, huwa baqa’ juri d-determinazzjoni u x-xewqa li jiġi ordnat qassis. Huwa ġie ordnat qassis fl-isptar…

Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Aktar