Kronaka
ARA: Jisirqulu l-gaġġa bl-għasfur minn fuq il-bieb ta’ barra fl-Isla

Faċċata ta’ dar fl-Isla li spiss tiġbed l-għajn tat-turisti għall-mod kif inhi mżejna, lbieraħ ġibdet ukoll l-għajn ta’ ħallelin.

Sid id-dar, Alfred Zerafa, insterqitlu l-gaġġa b’għasfur fiha li kellu fuq il-bieb ta’ barra tad-dar fi Triq il-Ponta.

Filmat meħud minn kamera tas-sigurtà juri mara u raġel jittawlu lejn il-gaġġa għal diversi minuti għall-ħabta tal-5.00 tal-lejla.

Meta jaraw li ħadd m’huwa għaddej mit-triq, ir-raġel jixxabbat fuq l-għatba, iniżżel il-gaġġa, u flimkien mal-mara, jlebbtu ’l hemm biha b’kollox.

Is-Sur Zammit appella lil min għandu xi tagħrif biex jgħaddih lill-Pulizija.

Il-faċċata spiss tiġbed l-għajn tat-turisti għal mod kif inhi mżejna
Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Aktar