Barranin
ARA: Jispara l-arma bi żball waqt li kien qed jiżfen f’bar

Aġent tal-FBI fl-Istati Uniti kien qed jiżfen f’bar, meta bi żball sparatlu l-arma u laqtet raġel. Il-każ seħħ f’bar f’Denver, meta l-aġent tal-FBI kien off-duty.

Filmat tal-inċident juri lill-aġent jiżżegleg fuq id-dance floor, meta f’daqqa waħda jagħmel kuntrumbajsa b’lura. Kien dak il-ħin li waqgħetlu l-pistola mill-holder taċ-ċintorin.

Mhuwiex ċar jekk il-pistola sparatx waħedha mad-daqqa fl-art, jew jekk kienx l-aġent stess li għafas il-grillu meta kien qed jiġborha mill-art.

Bit-tir intlaqat raġel li kien fil-bar, iżda b’xorti tajba ma weġġax serjament. Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija ta’ Denver, li żammew lill-aġent tal-FBI arrestat għal xi ħin.