Barranin
ARA: Jispiċċaw priġunieri f’darhom f’Alto Adige

Ir-residenti u turisti f’Alto Adige spiċċaw priġunieri f’darhom hekk kif valanga qawwija mliet it-toroq sa ruħ ommhom bis-silġ.

Dan ġara lbieraħ filgħodu f’Val Martello. B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ fl-inċident iżda l-maqbuda kellhom jiġu evakwati minn djarhom bħala prekawzjoni ta’ sigurtà.

Il-valanga kkawżat diversi ħsarat fil-propjetajiet tal-post u madwar 6,500 jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku. Minħabba l-maltemp u silġ li qed jolqot iż-żona, fosthom Bolzano, il-ħelikopter ta’ salvataġġ ma jistax jilħaq iż-żona.

Madwar 30 triq li jagħtu għal Val Martello ngħalqu bħala prekawzjoni.

L-Italja bħalissa qed tintlaqat minn maltemp qawwi, fosthom Venezja li tinsab mgħarrqa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

COVID-19

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret…

Aktar